E-fact 28: Tekniki ta’ tqandil tal-pazjenti għall-prevenzjoni tal-MSDs fil-kura tas-saħħa
12/01/2008
Tip:
Fatti elettroniċi
11 paġni
Id-disturbi muskuloskeletriċi relatati max-xogħol (MSDs) huma problema serja għall-persunal fl-isptarijiet, u b’mod partikolari għall-infirmiera. Iqajmu tħassib primarjament huma l-korrimenti fid-dahar u l-uġigħ fl-ispallejn, li ttnejn li huma jistgħu jdgħajfu s-saħħa ta’ dak li jkun b’mod gravi. Ilprofessjoni tal-infirmiera wriet li hija waħda mill-professjonijiet l-aktar f’riskju għal uġigħ fin-naħa ta’ isfel tad-dahar. Il-kawża prinċipali għall-MSDs hija marbuta mal-attivitajiet ta’ tqandil ta’ pazjenti bħall-irfigħ, it-trasferiment minn post għal ieħor, u ċ-ċaqliq f’pożizzjoni differenti tal-pazjenti.