E-fact 24 - Disturbi muskuloskeletriċi (MSDs) fis-settur HORECA

Keywords:

Is-settur tal-HORECA (il-lukandi, ir-ristoranti u tal-forniment tal-ikel) jimpjega madwar 7.8 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea. Dan is-settur huwa kkaratterizzat minn proporzjon għoli ta’ impriżi żgħar, żgħażagħ, nisa u migranti . Il-kundizzjonijiet tax-xogħol jistgħu jkunu diffiċli u impenjattivi (b’mod partikolari minħabba l-kuntatt dirett mal-klijenti), ammont kbir ta’ xogħol fiżiku, u ħinijiet tax-xogħol temporanji u irregolari . Il-konsegwenza ta’ dan hija riskju gravi ta’ problemi ta’ saħħa relatati max-xogħol, fosthom disturbi muskuloskeletriċi (MSDs).

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sl | sv |