Tip:
Rapporti
54 paġni
It-teknoloġiji diġitali fuq il-post tax-xogħol u r-riskji psikosoċjali: evidenza u implikazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali
Keywords:L-użu dejjem jikber tat-teknoloġiji diġitali fuq il-post tax-xogħol joħloq diversi riskji għas-saħħa mentali u l-benesseri tal-ħaddiema. Minn perspettiva ta’ saħħa u sigurtà okkupazzjonali, huwa importanti li jiġu identifikati u evitati riskji bħal dawn billi jiġu żviluppati interventi prattiċi u politika.
Dan ir-rapport jippreżenta s-sejbiet minn riċerka estensiva tal-EU-OSHA dwar is-suġġett. Jiddeskrivi r-riskji psikosoċjali speċifiċi assoċjati ma’ ħames tipi ewlenin ta’ teknoloġija: ir-robotika avvanzata u l-intelliġenza artifiċjali għall-awtomatizzazzjoni tal-kompiti, is-sistemi diġitali intelliġenti, il-pjattaformi tax-xogħol diġitali, it-teknoloġiji tax-xogħol mill-bogħod u l-intelliġenza artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema.