Xogħol fuq pjattaforma diġitali u s-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol: rieżami
Keywords:Numri dejjem jiżdiedu ta’ ħaddiema qed jiġu impjegati permezz ta’ pjattaformi diġitali tax-xogħol. Dan ir-rieżami jiddefinixxi u jikkaratterizza x-xogħol fuq pjattaforma diġitali u l-ħaddiema, u jħares lejn ir-riskji assoċjati mas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) li jirriżultaw minn, pereżempju, sorveljanza diġitali, pressjoni ta’ prestazzjoni u nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi.
Ir-rapport jenfasizza li l-istatus ta’ ħaddiema għal rashom tal-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tal-pjattaformi jfisser li ta’ spiss dawn mhumiex protetti mir-regolament tal-OSH tal-Istati Membri jew tal-UE, li għandu implikazzjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-OSH. Qed jiġu diskussi inizjattivi u leġiżlazzjoni ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u jipproteġu l-ħaddiema tal-pjattaformi.