Il-cobots, ir-robots u d-droni: l-impatt tat-teknoloġija diġitali fuq l-OSH fl-agrikoltura u l-forestrija

Keywords:

Il-bdiewa u l-forestiera huma esposti għal ħafna riskji għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH). Kif tistabbilixxi n-nota ta’ politika l-ġdida tagħna, it-teknoloġija diġitali għandha l-potenzjal li tnaqqas dawn ir-riskji, iżda l-adozzjoni tagħha
fis-settur s’issa kienet bil-mod, u ġġib il-perikli tagħha stess.

Pereżempju, il-magni tal-ħsad robotiċi u t-tagħmir għat-tnaqqija jistgħu jgħinu biex jiġi evitat il-mard muskoloskeletali iżda l-użu ta’ magni ġodda jeħtieġ it-taħriġ u l-valutazzjoni tar-riskju xierqa. Il-cobots u d-droni
jistgħu jnaqqsu ż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti, iżda jistgħu jżidu wkoll l-inċidenza ta’ xogħol solitarju u monotonu.

In-nota tikkonkludi li l-impatt pożittiv ta’ teknoloġiji ġodda fuq l-OSH se jkun limitat sakemm ma jkunx akkumpanjat mill-iżvilupp ta’ kultura ta’ prevenzjoni fis-settur.

Niżżel in: en | es | hr | it | pt | ro |