Gwida għall-kampanja 2018
27/11/2017
Tip:
Materjal tal-Kampanja / Promozzjonali
36 paġni
Il-Gwida għall-Kampanja tispjega għaliex l-immaniġġjar tas-sustanzi perikolużi fil-post tax-xogħol hu tant importanti. Filwaqt li tippreżenta diversi studji tal-każ u soluzzjonijiet prattiċi, din tispjega l-leġiżlazzjoni rilevanti u tiddeskrivi kif għandha tiġi stabbilita kultura ta' prevenzjoni tar-riskji. Il-valutazzjoni tar-riskji hi kruċjali għall-prevenzjoni, u taqsima faċli għall-utent tal-gwida tqassam il-proċess pass, pass faċilment. Hemm pariri dwar il-gruppi ta' ħaddiema li jinsabu f'riskju partikolari u taqsima li tiffoka fuq il-karċinoġeni u l-kanċer relatat max-xogħol. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, hemm informazzjoni dwar kif tista' tinvolvi ruħek u dwar dati ewlenin tal-kampanja.