Il-Bulgarija — Il-ħolqien ta' kundizzjonijiet tax-xogħol aktar b'saħħithom u sikuri għall-impjegati kollha

Keywords:

Il-proġett "Step Change" fi Zlatna Panega Cement AD inbeda mill-kumpanija ewlenija tiegħu TITAN Group. Ġie implimentat mill-maniġment ta' Zlatna Panega, id-dipartiment tas-saħħa u s-sigurtà tagħha, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u d-ditta ta' konsultazzjoni DuPont. "Step Change" inkluda miżuri ġenerali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, bħal valutazzjonijiet tar-riskju regolari, l-istabbiliment ta' kummissjoni tas-saħħa u l-provvediment ta' assistenza medika preventiva għall-impjegati kollha. Miżuri speċifiċi li fil-mira tagħhom għandhom l-impjegati avvanzati fl-età jinkludu valutazzjonijiet tal-ambjenti tax-xogħol tagħhom b'adattamenti mfassla għal bidliet relatati mal-età fil-kapaċità viżiva u dik fiżika. Tixjiħ b'saħħtu huwa promoss permezz ta' taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-problemi tas-saħħa u ikliet li huma tajbin għas-saħħa bi prezz iktar baxx. Komunikazzjoni reċiproka hija fattur ta' suċċess essenzjali, filwaqt li l-impjegati huma mħeġġa biex ikunu sħab ugwali fir-rigward tal-ħolqien ta' kultura ta' sigurtà u benesseri. Il-kumpanija laħqet l-għan tagħha relatat ma' "żero aċċidenti" u ġiet imfaħħra, kemm fuq livell nazzjonali, kif ukoll fuq livell internazzjonali għall-politiki tas-saħħa u s-sigurtà tagħha. L-inizjattiva hija trasferibbli ferm, bil-kumpanija diġà testendi l-programm tagħha matul il-katina tal-provvista tagħha.

Niżżel in: en