Il-Belġju: Il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali bħala prijorità fl-istrateġija nazzjonali u l-kampanja dwar il-prevenzjoni tal-MSDs

Keywords:

Dan l-istudju tal-każ jenfasizza li d-disturbi muskoloskeletali (MSDs) jaffettwaw aktar minn nofs il-ħaddiema fil-Belġju u huma kawża dejjem tikber ta’ assenza minn fuq il-post tax-xogħol u ta’ diżabilità fit-tul. Il-politika nazzjonali dwar is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, l-istrateġiji u l-kampanji jirrikonoxxu l-importanza tal-MSDs u l-prevenzjoni tagħhom. Fattur importanti ta’ dawn hija l-kollaborazzjoni, fejn l-esperti jipprovdu approċċ għall-politika bbażat fuq l-evidenza.

L-approċċ strateġiku adottat iħares lejn il-benefiċċji tal-prevenzjoni tal-MSD għall-ħaddiema, l-impjegaturi u s-soċjetà. Il-leġiżlazzjoni hija orjentata lejn għanijiet: in-natura tal-problemi u l-kawżi (u l-konsegwenzi) tagħhom huma deskritti u jiġu pprovduti informazzjoni u għodod biex dawn jiġu indirizzati.

Niżżel in: en