L-Awstrija — L-adattament ta' forza tax-xogħol li qed tixjiħ

Keywords:

SONNENTOR, distributtur tal-ikel organiku impenjat għas-sostenibbiltà, irċieva finanzjament parzjali biex jimplimenta l-miżuri għal ħaddiema avvanzati fl-età mnedija mis-Servizz Awstrijakk għall-Impjieg Pubbliku fl-2000. Il-miżuri inkludew sigħat tax-xogħol imnaqqsa mingħajr ma ġew affettwati l-pensjonijiet u ħinijiet tax-xogħol limitati tal-impjegati li rtiraw. Dan għen biex tinżamm l-esperjenza fil-kumpanija, filwaqt li jiġi rikonoxxut u apprezzat l-għarfien espert tal-ħaddiema avvanzati fl-età. SONNENTOR implimenta wkoll l-inizjattivi tiegħu stess għal ħaddiema avvanzati fl-età. Saru aġġustamenti ergonomiċi, ġiet promossa l-mobbiltà professjonali fil-kumpanija u fuq talba tal-impjegati, ġie pprovdut kowċing dwar il-promozzjoni tas-saħħa. Mentors interni, appoġġjati minn "Trilog" u "Qualification Alliance", għenu biex itejbu r-relazzjonijiet fost il-ħaddiema ta' etajiet differenti. Ir-riżultati wrew tnaqqis fl-assenza minħabba l-mard u l-inizjattiva għenet lil SONNENTOR jikseb ċertifikazzjoni nazzjonali Nester Gold (standard ta' organizzazzjoni tax-xogħol sensittivi għall-ġenerazzjoni). Fatturi ta' suċċess jinkludu l-komunikazzjoni b'saħħitha u l-parteċipazzjoni tal-impjegati, kif ukoll il-flessibbiltà tal-miżuri. L-inizjattivi tal-kumpanija huma faċilment trasferibbli; madankollu, is-suċċess kien parzjalment ir-riżultat ta' tfassil speċifiku għall-ħtiġijiet ta' SONNENTOR.

Niżżel in: en