Intelliġenza artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: miżuri ta’ prevenzjoni

Keywords:

Din in-nota ta’ politika tiffoka fuq is-sejbiet relatati ma’ miżuri ta’ prevenzjoni għal riskji ta’ sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) assoċjati mal-użu ta’ sistemi tal-ġestjoni tal-ħaddiema (AIWM) ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali (IA).

Il-miżuri li jipproteġu kontra tali riskji jinkludu l-integrazzjoni tal-AIWM b’mod li jitqiesu s-saħħa, is-sigurtà u l-benessri tal-ħaddiema, il-valutazzjonijiet tar-riskji li dejjem għaddejjin u l-importanza li jiġi żviluppat qafas etiku fil-livell tal-UE.

In-nota ta’ politika tipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet għal miżuri ta’ prevenzjoni rigward riskji relatati u biex is-sistemi tal-AIWM jintużaw bl-aħjar mod f’termini ta’ titjib tal-OSH.

Niżżel in: en

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett