Rapport Annwali 2016

Keywords:

L-2016 kienet sena importanti għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), billi xerrdet il-messaġġi li rriżultaw minn diversi proġetti ewlenin. Dan jinkludi t-tixrid tar-riżultati tat-tieni edizzjoni tal-Istħarriġ Ewropew taʼ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2) u s-sejbiet inizjali tal-proġett dwar is-sigurtà u s-saħħa fʼintrapriżi mikro u żgħar (MSEs).

Il-proġett kbir ikkummissjonat mill-Parlament Ewropew, 'Xogħol aktar sigur u li jieħu ħsieb is-saħħa fʼkull età - saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fʼkuntest taʼ saħħa tax-xogħol li qed tixjieħ' wasal fi tmiemu u informa l-Kampanja 2016-17 dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f'Kull Età, Din gawdiet minn sena taʼ suċċess kbir u introduċiet gwida elettronika faċli għall-utent u għodda ta’ viżwalizzazzjoni tad-data.

Niżżel in: en

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett