Sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll: SIGNAAL, in-Netherlands/il-Belġju
17/12/2018
Parti minn serje ta’ ħames studji dettaljati ta’ approċċi ta’ Twissija u ta’ Kontroll għad-detezzjoni, għall-monitoraġġ u għall-prevenzjoni ta’ mard ġdid relatat max-xogħol (WRDs), dan l-artiklu jiffoka fuq is-sistema SIGNAAL fin-Netherlands u fil-Belġju.
SIGNAAL hija waħda mill-ftit sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll u l-għan primarju tagħha huwa li tidentifika każijiet ta’ WRDs u riskji tas-saħħa okkupazzjonali potenzjalment ġodda. Dan is-servizz onlajn jippermetti lit-tobba jirrappurtaw b’mod prattiku, rapidu u faċli suspetti ta’ WRDs ġodda, li mbagħad jiġu eżaminati minn panel ta’ speċjalisti tas-saħħa okkupazzjonali Belġjani u Olandiżi u li jistgħu jwasslu għal livelli differenti ta’ twissijiet u jiskattaw azzjonijiet preventivi.
Aqra eżempji ta’ każijiet, skopri x’jaħsbu l-esperti dwar x’inhuma l-motivaturi u l-ostakoli għas-sistema u skopri l-proċessi implimentati għall-iskoperta ta’ WRDs ġodda.