Fl-2014, l-EU-OSHA nediet proġett ta' 3 snin biex tidentifika politiki, strateġiji u approċċi prattiċi effettivi għall-immaniġġjar tal-OSH fl-MSEs, li huma essenzjali għas-soċjetà u l-ekonomija tal-UE. Il-proġett, ikkummissjonat minn grupp ta' riċerkaturi li jiffurmaw il-konsorzju SESAME (Intrapriżi Żgħar u Mikro Sikuri), twettaq f'erba' fażijiet: fażi 1 ivvalutat is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-OSH fl-MSEs; fażi 2 esplorat il-viżjoni tal-OSH fuq il-post tax-xogħol fl-MSEs; fażi 3 eżaminat il-fatturi ta' suċċess għal politiki u prattiki tal-OSH effettivi fl-MSEs; u fażi 4 tinkludi l-analiżi finali tas-sejbiet tal-proġett. B'mod ġenerali, it-tliet objettivi ewlenin tal-proġett huma li (1) jipprovdi appoġġ ibbażat fuq l-evidenza għal rakkomandazzjonijiet politiċi, (2) jidentifika prattiki tajbin fil-livell tal-post tax-xogħol billi jiżgura maniġment tajjeb tal-OSH u (3) jinforma r-riċerka futura dwar id-determinanti ta' OSH tajbin. Ir-riżultati minn kull waħda minn dawn il-fażijiet ġew ippubblikati matul l-2016 u l-2017.