Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa huwa l-konklużjoni ta’ għadd ta’ tragwardi ta’ suċċess tal-kampanja mmirati biex titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji psikosoċjali u l-istress fuq il-post tax-xogħol, inklużi: ĠimagħtejnEwropej għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; sitt avvenimenti ta’ valutazzjoni komparattiva; ċerimonja waħda ta’ Premjijiet Ewropej ta' Prattika Tajba; u żewġ Premjijiet tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. Il-ħruġ tal-gwida elettronika mingħajr ħlas biex tgħin lill-kumpaniji żgħar jimmaniġġjaw l-istress fuq il-post tax-xogħol u l-ħruġ tar-riżultati tal-istħarriġ ESENER-2 taw ukoll impetu addizzjonali lill-inizjattiva