Il-Proġett ta' previżjoni jinvolvi li wieħed iħares lil hinn minn dawk ir-riskji fuq il-post tax-xogħol li attwalment qegħdin joħorġu, biex jipprova jantiċipa l-bidla fuq terminu ta' żmien twil. Dan jinvolvi l-iżvilupp ta' xenarji f'ċerti oqsma, filwaqt li jħares lejn x'jista' jiġri minħabba ċerti żviluppi teknoloġiċi jew bidliet fis-soċjetà, u l-implikazzjonijiet għall-OHS, li jistgħu jaġixxu fuqhom dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. L-ewwel Proġett ta' previżjoni qiegħed iħares lejn l-impjiegi ekoloġiċi, dawk li jinvolvu teknoloġija jew prattiki li huma mfasslin biex inaqqsu l-impatt ambjentali.
Rapport li jidentifika l-fatturi ewlenin ta' bidla fil-qasam u ieħor dwar it-teknoloġiji ewlenin f'dan il-qasam li jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ġew ippubblikati fl-2011