Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer hija kampanja annwali li ssir bejn il-25 u l-31 ta’ Mejju taħt it-tmexxija tal-Association of European Cancer Leagues. L-għan tagħha hu s-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kanċer, l-aċċess għall-kura u l-appoġġ għas-superstiti.