Stħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER).

L-Istħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) jirrapporta dwar il-ħtiġijiet tal-impjegaturi għall-appoġġ u l-kompetenza u jidentifika l-fatturi li jinkoraġġixxu jew ifixklu l-prevenzjoni tar-riskju. L-istħarriġ ġabar tweġibiet mingħand madwar 50 000 intrapriża u kopra kemm l-intrapriżi tas-settur privat kif ukoll ta' dak pubbliku f'iktar minn 30 pajjiż.