Is-Suq Uniku Diġitali Ewropew

Suq Uniku Diġitali Ewropew konness li jneħħi l-ostakli regolatorji bejn in-nazzjonijiet, itejjeb l-infrastrutturi diġitali u jsaħħaħ il-ħiliet diġitali huwa prijorità ewlenija għall-Kummissjoni Ewropea. B’appoġġ għal dan u f’konformità mal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Sigurtà u s-Saħħa 2014–2020, dan il-proġett ta’ Tbassir twettaq mill-EU-OSHA bħala rispons għas-sejħa biex “jiġu antiċipati l-effetti negattivi possibbli ta’ teknoloġiji ġodda u bidliet fl-organizzazzjoni tax-xogħol dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema”. Huwa jappoġġja wkoll il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jikkostitwixxi l-qafas ta’ politika usa’ għall-azzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali u d-drittijiet bażiċi u jinkludi d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti.