Normal
0
false
false
false
ES
ZH-CN
X-NONE
/* Style Definitions */
table.MsoNormalTable
{mso-style-name:"Table Normal";
mso-tstyle-rowband-size:0;
mso-tstyle-colband-size:0;
mso-style-noshow:yes;
mso-style-priority:99;
mso-style-parent:"";
mso-padding-alt:0cm 5.4pt 0cm 5.4pt;
mso-para-margin:0cm;
mso-para-margin-bottom:.0001pt;
mso-pagination:widow-orphan;
font-size:11.0pt;
font-family:"Calibri",sans-serif;
mso-ansi-language:ES;
mso-fareast-language:ES;}
Għalkemm id-dejta dwar l-aċċidenti u l-mard relatati max-xogħol hija disponibbli permezz ta’ stħarriġ tal-ħaddiema u sistemi ta’ rappurtar, ftit huwa magħruf dwar il-mod kif ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà huma indirizzati fil-prattika. Billi jiġu rrappurtati l-bżonnijiet tal-impjegaturi għal appoġġ u kompetenza, u billi jiġi identifikat x’jista’ jħeġġeġ jew jostakola l-prevenzjoni tar-riskju , l-Istħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi ESENER jgħin sabiex jimtela dak il-vojt fl-għarfien. L-ewwel edizzjoni tal-istħarriġ saret fl-2009.
It-tieni edizzjoni ġabret it-tweġibiet mingħand kważi 50 000 intrapriża dwar l-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) u r-riskji fuq il-post tax-xogħol, b’fokus partikolari fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u r-riskji psikosoċjali. Id-dejta tal-istħarriġ hija disponibbli permezz ta’ pjattaforma onlajn.
Il-fieldwork għall-edizzjoni l-ġdida sar fl-2014, u jkopri l-intrapriżi kemm tas-settur pubbliku kif ukoll dak privat fl-UE-28 kif ukoll l-Albanija, l-Islanda, il-Montenegro, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, it-Turkija, in-Norveġja u l-Isvizzera. Għall-ewwel darba, l-agrikoltura u s-sajd u l-intrapriżi mikro li jħaddmu 510 impjegati ġew inklużi. Il-mistoqsijiet saru lil dawk li kienu jafu l-aktar dwar il-ġestjoni tal-OSH fl-organizzazzjoni. Dawn wieġbu mistoqsijiet dwar il-fatturi ewlenin tar-riskju fl-intrapriżi tagħhom u rrappurtaw dwar kif u għaliex jimmaniġġjawhom, filwaqt li identifikaw ukoll barrieri għall-prevenzjoni.
Ħarsa ġenerali sħiħa lejn ir-rapport se tkun disponibbli bl-Ingliż fir-raba’ kwart tal-2015. Lejn l-aħħar tal-2015 u fl-2016, l-EU-OSHA, bl-għajnuna tan-netwerk ta’ punti fokali tagħha, se torganizza seminars fil-livell tal-pajjiż sabiex tippreżenta s-sejbiet ta’ ESENER-2 għal kull Stat Membru, flimkien ma’ statistika nazzjonali oħra.