60 anniversarju ta’ DOK Leipzig

Il-Premju tal-Film dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa jonora dokumentarji dwar suġġetti relatati max-xogħol bħala parti mill-Kampanji tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ‘l Quddiem is-Saħħa ta’ madwar l-Ewropa tal-UE-OSHA. Dan il-premju jiġi ppreżentat kull sena fl-International Leipzig Festival for Documentary and Animated Film (Festival Internazzjonali ta' Leipzig għal Films Dokumentarji u Animati) (DOK Leipzig), li din is-sena ser isir bejn it-30 ta’ Ottubru u l-5 ta’ Novembru 2017.

DOK Leipzig huwa wieħed mill-aktar festivals sinifikanti għad-dokumentarji u l-films animati fid-dinja, u din is-sena jiċċelebra s-60 anniversarju tiegħu. Hu ilu jospita l-Premju tal-Film dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa mill-2009.

Sib informazzjoni dwar ir-rebbieħa ta’ qabel