Il-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ DocLisboa, li sar din is-sena bejn il-21 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Ottubru f’Lisbona, il-Portugall, beda jospita l-HWFA fl-2020. Illum fid-19-il sena tiegħu, il-festival jiċċelebra d-diversità u l-vitalità kbira tal-ġeneru dokumentarju, u jippromwovi modi ġodda ta’ ħsieb, ta’ kif wieħed jara d-dinja u ta’ komunikazzjoni. Il-festival jipprovdi spazju għal diskussjoni dwar suġġetti importanti, bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet soċjali. DocLisboa huwa wieħed mill-festivals tal-films dokumentarji ewlenin fid-dinja u l-uniku wieħed iddedikat kompletament għad-dokumentarji fil-Portugall.