Avveniment ta’ valutazzjoni komparattiva

L-EU-OSHA torganizza avvenimenti ta’ valutazzjoni komparattiva u skambju ta’ prattika tajba fl-OSH mas-sħab uffiċjali tal-kampanja tagħha kull sentejn fil-kuntest tal-Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa. Il-proġett ta’ valutazzjoni komparattiva huwa opportunità ewlenija għall-EU-OSHA biex turi l-valur miżjud tal-iskambju ta’ prattika tajba u ġestjoni aħjar tal-OSH għall-postijiet tax-xogħol Ewropej. L-għan tal-avveniment huwa li jippermetti lill-kumpaniji jiltaqgħu flimkien u jaqsmu l-esperjenzi ta’ prattika tajba tal-OSH tagħhom, b’mod partikolari rigward it-tagħlimiet meħuda minn aċċidenti u inċidenti oħra, it-taħriġ effettiv tal-ħaddiema dwar ir-rapportar tal-perikli, l-indikaturi ta’ prestazzjoni tajba tal-OSH, it-taħriġ tat-tmexxija u r-regolamenti dwar l-OSH.

Is-Sħab Uffiċjali tal-Kampanja qed jorganizzaw ukoll avvenimenti ta’ valutazzjoni komparattiva fil-postijiet tax-xogħol tagħhom stess, li għalihom jilqgħu lis-sħab l-oħra għall-iskambju ta’ prattiki tajba, kif jidher mil-laqgħat tas-sena l-oħra li saru f’ETPIS Berlin, Heineken Amsterdam, LEGO Denmark u Toyota Sweden.