About REACH

Ir-regolament tal-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ (CLP) tal-Unjoni Ewropea bidel il-mod kif jiġu kkomunikati l-perikli kimiċi. Il-pittogrammi li jirreferu għas-saħħa u għall-periklu fiżiku nbidlu, inkluża l-introduzzjoni ta' tlieta ġodda fjamanti, u kien hemm xi bidliet fil-klassifikazzjoni u t-tikkettar. Ir-regoli l-ġodda jridu jiġu implimentati bil-mod il-mod fl-Istati Membri kollha tal-UE. Għal aktar tagħrif, żur it-taqsima tal-websajt tal-EU-OSHA dwar CLP u t-taqsima tas-CLP tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).