About HW 2012

Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa għall-2012-13 'Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji' hija deċentralizzata u hija maħsuba biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-kumpaniji, lill-organizzazzjonijiet, lill-maniġers, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom u lil partijiet interessati oħra sabiex itejbu s-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol. Il-kampanja tinkludi firxa sħiħa ta' attivitajiet fil-livell nazzjonali u Ewropew, inkluż laqgħat u seminars nazzjonali ta' sħubija. L-impriżi ż-żgħar sejrin ikunu partikolarment imħeġġa biex jieħdu sehem. www.healthy-workplaces.eu