L-Eurofound (il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol) tipprovdi informazzjoni, pariri u kompetenzi dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, relazzjonijiet industrijali u l-ġestjoni tal-bidla fl-Ewropa fil-qasam tal-politika soċjali tal-Unjoni Ewropea. Stabbilita fl-1975 u bbażata f’Dublin, l-Irlanda, il-Fondazzjoni taħdem fi sħubija mal-gvernijiet, dawk li jimpjegaw, it-trejdunjins u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex tippjana u tfassal kundizzjonijiet aħjar tal-ħajja u tax-xogħol fl-Ewropa.