Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Agħżel Lingwa:

Netwerk ta’ l-OSHA
Loading
You are here: Home Temi Disturbi Muskulo-skeletali
MSDS

Problemi muskuloskeletali

Il-problemi muskuloskeletali (MSDs) jistgħu jaffettwaw il-muskoli tal-ġisem, il-ġogi, l-għeruq, il-ligamenti, l-għadam u n-nervituri.

Ħafna mill-MSDs li huma marbuta max-xogħol jiżviluppaw maż-żmien u huma kkawżati jew mix-xogħol innifsu jew mill-ambjent tax-xogħol ta' l-impjegati. Jistgħu jirriżultaw ukoll minn aċċidenti, eż ksur u żlugaturi. B'mod tipiku, l-MSDs jaffettwaw id-dahar, l-għonq, l-ispallejn u d-dirgħajn; ir-riglejn jiġu affettwati inqas spiss.

Il-problemi tas-saħħa jvarjaw minn skumdità jew uġigħ żgħir, għal kundizzjonijiet mediċi iżjed serji, li jkunu jeħtieġu kemm ħin il-bogħod mix-xogħol, kif ukoll trattament mediku. F'każijiet iżjed kroniċi, it-trattament u l-fejqan spiss ma jkunux sodisfaċenti - ir-riżultat jista' jkun diżabilità permanenti u t-telf ta' l-impjieg.

Ħafna problemi jistgħu jiġu evitati jew imnaqqsa b'mod konsiderevoli,jekk jikkonformaw mal-liġi eżistenti dwar is-saħħa u s-sigurtà u jekk tiġi segwita l-gwida dwar il-prattika tajba. Dan jinkludi li ssir evalwazzjoni tax-xogħol, li jidħlu fis-seħħ miżuri preventivi u li jiġi vverifikat li dawn il-miżuri jibqgħu effettivi.
 

L-MSDs huma problema kbira.


Dawn jikkawżaw tbatija personali u telf ta' dħul finanzjarju għall-impjegati; inaqqsu l-effiċenza tan-negozju għal min iħaddem u jżidu l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali għall-gvern.

L-MSDs huma prijorità għall-UE fl-istrateġija tal-Komunità tagħha dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Huma wkoll prijorità rikonoxxuta mill-Istati Membri ta' l-UE u mill-imsieħba Soċjali Ewopej.
 

Aqra l-Fatti Ewlenin

Pubblikazzjonijiet ta’ l-Aġenzija



X'nista' nagħmel?

 

Filed under: