You are here

Rapporti tas-seminars

Riskji fuq il-post tax-xogħol li jaffettwaw ir-riproduzzjoni

Is-sessjoni ta’ ħidma  “Riskji fuq il-post tax-xogħol li jaffettwaw ir-riproduzzjoni: minn għarfien għal azzjoni” kien organizzat mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU OSHA) bejn il-15-16 ta’ Jannar 2014, fil-bini tal-ANSES, f’Pariġi, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, l-Ambjent u s-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali ANSES. Attendew madwar 60 parteċipant minn Stati Membri differenti. Fuq il-post tax-xogħol wieħed jista' jsib diversi perikli għar-riproduzzjoni, mhux biss minn sustanzi kimiċi, iżda wkoll minn fatturi fiżiċi, bijoloġiċi, ergonomiċi jew fatturi oħra. Filwaqt li l-kwistjoni ta’ riskji għar-riproduzzjoni ffokat l-aktar fuq in-nisa, u l-aktar fuq in-nisa tqal, fil-fatt ir-riskji reprotossiċi jistgħu jaffettwaw kemm is-saħħa riproduttiva tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, u jista' anke jkollhom effett fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. Madankollu, l-għarfien huwa limitat u s-sensibilizzazzjoni hija baxxa. L-għanijiet tas-sessjoni ta’ ħidma  kienu li jiġi stimulat dibattitu dwar ir-riskji għar-riproduttività fuq il-post tax-xogħol u li jiġi appoġġjat djalogu kostruttiv bejn il-partijiet interessati, kif ukoll jiġu pprovduti r-riżultati preliminari tar-riċerka tal-EU-OSHA. 

Event Details

Post: 
ANSES, French Agency for Food, Environment and Occupational Health and Safety, Paris
Data tal-bidu: 
15/01/2014 - 13:30
Data tat-tmiem: 
16/01/2014 - 14:30