Rapporti tas-seminars

Il-Benefiċċji tal-Investiment fl-OSH

Fis-17-18 ta’ Settembru 2014 ġiet organizzata l-konferenza “Ninvestu fl-OSH – kif il-benefiċċji jegħlbu l-ispejjeż” mill-Punti Ċentrali tal-pajjiżi tal-BENELUX f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeru Olandiż tal-Affarijiet Soċjali u l-Impjiegi, l-UE-OSHA u t-TNO. Fis-17 ta’ Settembru wara nofsinhar, kien hemm enfasi fuq l-investimenti fl-OSH fil-livell tal-kumpaniji. Diversi każijiet ta' negozju ġew ippreżentati u diskussi fid-dettall, u ġew ikkunsidrati l-motivaturi u r-restrizzjonijiet għall-impjegaturi biex jinvestu fl-OSH. L-għada filgħodu kien hemm enfasi fuq żviluppi fil-livell settorjali, nazzjonali u Ewropew. Dan xeħet dawl fuq diversi skemi ta’ inċentivi ekonomiċi li jippremjaw azzjonijiet tal-impjegaturi fir-rigward tal-OSH. Ġew kondiviżi l-aħħar eżempji, prattiki tajba u fatturi ta’ suċċess u perikli.

Event Details

Post: 
De Bazel Café & Conference Center, Vijzelstraat 32, 1017 HL Amsterdam.
Data tal-bidu: 
17/09/2014 - 12:00
Data tat-tmiem: 
18/09/2014 - 13:00
Number of pages 7