Ħidma sigura b’sustanzi kimiċi perikolużi f’kumpanija farmaċewtika

Keywords:

Dan l-istudju tal-każ jiddeskrivi fid-dettall l-approċċ parteċipattiv adottat minn kumpanija farmaċewtika fil-Kroazja biex timmaniġġja r-riskji assoċjati ma’ ħidma b’sustanzi perikolużi.

L-istrateġija tas-sigurtà u s-saħħa tal-kumpanija, li tmur lil hinn mil-leġislazzjoni nazzjonali u dik tal-UE, tinvolvi valutazzjoni mtejba tar-riskju, biex b’hekk fejn possibbli jiġi eliminat l-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi u ta’ miżuri tekniċi biex jitnaqqas l-esponiment. Tingħata attenzjoni partikolari lill-ħaddiema nisa tqal jew li qegħdin ireddgħu, peress li l-maġġoranza tal-impjegati huma nisa.

It-taħriġ u s-s-sensibilizzazzjoni, u l-involviment tal-persunal kollu f’kull stadju tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ġodda ta’ sigurtà kimika, huma l-fatturi ewlenin fis-suċċess ta’ din l-istrateġija ta’ tnaqqis tal-periklu.

Niżżel in: en