Ir-Renju Unit — Is-servizz ta' konsulenza dwar is-saħħa okkupazzjonali ta' Sheffield u r-rwol tiegħu fir-rigward tat-titjib tal-aċċess għal terapiji psikoloġiċi
18/12/2015 Tip: Studji tal-Każijiet 5 paġni

Ir-Renju Unit — Is-servizz ta' konsulenza dwar is-saħħa okkupazzjonali ta' Sheffield u r-rwol tiegħu fir-rigward tat-titjib tal-aċċess għal terapiji psikoloġiċi

Keywords:Campaign 2016-2017, Riabilitazzjoni

Is-Servizz ta' Konsulenza dwar is-Saħħa Okkupazzjonali ta' Sheffield (SOHAS) jipprovdi appoġġ kunfidenzjali relatat maż-żamma tal-impjiegi u mar-rijabilitazzjoni għal persuni li għandhom problemi ta' saħħa relatati max-xogħol. Fl-2009, SOHAS issieħeb ma' Improving Access to Psychological Therapies (IAPT - Aċċess Imtejjeb għal Terapiji Psikoloġiċi IAPT) ta' Sheffield biex jipprovdi parir speċjalizzat dwar l-impjiegi lill-pazjenti b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali li ntbagħtu għal terapiji psikoloġiċi biex jgħinuhom jibqgħu fix-xogħol. Bl-użu ta' Wellness Recovery Action Plan (WRAP, Pjan ta' Azzjoni dwar l-Irkupru tal-Benesseri) modifikat, jiġu żviluppati pjanijiet ta' azzjoni mal-klijent biex ikun jista' jirritorna għax-xogħol. Dawn huma diskussi mal-impjegatur biex jiġi massimizzat is-suċċess fir-rigward tar-ritorn għax-xogħol. Mill-utenti kollha tas-servizz, 95 % ħassew li s-servizz għen biex jibqgħu fix-xogħol, bi 32 % jirrappurtaw li kieku kienu jitilqu mill-impjieg tagħhom. Il-komunikazzjoni kienet fattur kritiku għas-suċċess, kemm bejn is-servizz u l-professjonisti mediċi, kif ukoll bejn l-individwi u l-impjegaturi u d-dokumentazzjoni tal-proċess ta' rijabilitazzjoni permezz tal-pjanijiet ta' azzjoni kellha wkoll rwol importanti. L-għodda WRAP tkun xierqa għal tipi oħrajn ta' kwistjonijiet tas-saħħa relatati max-xogħol, diment li jkun hemm fornitur tas-servizz bħall-IAPT fis-seħħ.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett