Tip:
Rapporti
84 paġni
Lejn xogħol adatt għall-età fl-Ewropa: perspettiva tul il-ħajja dwar ix-xogħol u t-tixjiħ mill-Aġenziji tal-UE .
Keywords:Dan ir-rapport jenfasizza diversi sfidi assoċjati ma᾽ forza tax-xogħol li qed tixjieħ u jikkonsidra soluzzjonijiet innovattivi. Koordinat mill-EU-OSHA f᾽kooperazzjoni mas-Cedefop, l-EIGE u l-Eurofound, kull aġenzija tal-UE tiffoka fuq aspett differenti ta᾽ bidla demografika u l-implikazzjonijiet tagħha għall-impjiegi, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa u l-edukazzjoni tal-ħaddiema.
Ir-rapport jeżamina l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema, jippreżenta eżempji dwar il-politika għas-saħħa u s-sikurezza ta᾽ forza tax-xogħol li qed tixjieħ, jipprovdi perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jesplora kif it-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja jistgħu jagħtu appoġġ lit-tixjiħ attiv fuq il-post tax-xogħol.