Sommarju - Metodu xprunat mid-data għall-valutazzjoni tal-esponiment għal sustanzi perikolużi fuq il-postijiet tax-xogħol tal-UE
17/01/2019 Tip: Rapporti 29 paġni

Sommarju - Metodu xprunat mid-data għall-valutazzjoni tal-esponiment għal sustanzi perikolużi fuq il-postijiet tax-xogħol tal-UE

Keywords:Kampanja 2018-2019

Dan ir-rapport ta' sinteżi jippreżenta l-pedamenti ta' metodoloġija xprunata mid-data, stabbilita biex tivvaluta l-esponiment għal sustanzi perikolużi fi ħdan il-postijiet tax-xogħol tal-UE u tipprovdi bażi biex jiġu mmonitorjati t-tendenzi u l-iżviluppi fl-esponiment u fl-użu.

Dan jiġbor fil-qosor l-approċċ li ntuża — li jgħaqqad flimkien is-sorsi tad-data disponibbli għall-pubbliku mal-evalwazzjoni u l-input tal-esperti — biex jiġu identifikati u tingħata prijorità lis-sustanzi perikolużi ta' tħassib.

Ir-rapport jenfasizza wkoll in-nuqqasijiet ta' dan il-metodu u jissuġġerixxi titjib potenzjali u l-passi li jmiss.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett