You are here

Pubblikazzjonijiet
22/08/2017

Metodoloġiji biex jiġi identifikat il-mard relatat max-xogħol: Reviżjoni tal-approċċi ta' kontroll u twissija

Metodoloġiji biex jiġi identifikat il-mard relatat max-xogħol: Reviżjoni tal-approċċi ta' kontroll u twissija

Sistemi ta' twissija u kontroll jippermettu l-identifikazzjoni bikrija ta' mard relatat max-xogħol u huma utli biex jikkumplimentaw il-figuri uffiċjali ta' mard okkupazzjonali u biex tissejjes il-prevenzjoni bbażata fuq l-evidenza. Madankollu, hemm biss numru limitat ta' tali sistemi fis-seħħ.

Dan ir-rapport jagħmel reviżjoni tas-sistemi ta' twissija u kontroll eżistenti, kif ukoll ta' sistemi ta' monitoraġġ oħrajn li għandhom karatteristiċi li huma wkoll adattati biex jiġi identifikat mard relatat max-xogħol.

Din ir-reviżjoni tidentifika d-dgħufijiet, pereżempju n-nuqqas frekwenti ta' ġbir ta' data dwar il-valutazzjoni tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol, il-kopertura fqira ta' xi gruppi ta' ħaddiema u mard bħall-mard mentali; u r-rabta dgħajfa mal-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol. Hija tipprovdi wkoll eżempji ta' prattiki tajbin u tenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni internazzjonali u t-tixrid tad-data biex jinkiseb il-benefiċċju massimu mill-approċċi ta' twissija u kontroll.

Downloadin:EN