Premjijiet taʼ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ʼl Quddiem is-Saħħa 2016-2017

Keywords:

Il-Premjijiet taʼ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ʼl Quddiem is-Saħħa huma organizzati mill-EU-OSHA bħala parti mill-kampajna tagħha “Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa fʼKull Età”. Il-kampanja tippromwovi x-xogħol sostenibbli u tixjiħ fʼsaħħtu mill-bidu tal-ħajja professjonali u l-premjijiet għandhom l-għan li jirrikonoxxu kumpaniji u organizzazzjonijiet li wrew metodi eċċellenti u innovattivi għall-promozzjoni tax-xogħol sostenibbli fil-kuntest taʼ forza tax-xogħol li qed tixjieħ.

Is-sommarji tal-eżempji ppreżentati fʼdan il-ktejjeb juru r-riżultati u l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu minn organizzazzjoni meta tmur lil hinn mir-rekwiżiti legali bażiċi għal saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) u meta tirrikonoxxi l-potenzjal li żżomm lill-impjegati fʼsaħħithom matul il-karriera professjonali tagħhom.

Niżżel in: cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | nl | no | pl | sk | sl |