“Ħaddiema b'saħħithom, kumpaniji li jirnexxu - gwida prattika għall-benesseri fuq il-post tax-xogħol”
07/12/2018 Tip: Gwidi Ewropej 102 paġni

“Ħaddiema b'saħħithom, kumpaniji li jirnexxu - gwida prattika għall-benesseri fuq il-post tax-xogħol”

Keywords:Stress u riskji psikoloġiċi, Problemi muskuloskeletali

Din il-gwida tippreżenta approċċ prattiku għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ riskji psikosoċjali u disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol. Il-ħaddiema Ewropej jirrapportaw dawn iż-żewġ kwistjonijiet bħala l-kawżi ewlenin ta’ mard relatat max-xogħol. Iwasslu għat-telf ta’ bosta ġranet ta’ xogħol u jirriżultaw mhux biss f’sofferenza individwali iżda wkoll fi spejjeż finanzjarji sinifikanti.

Magħmula apposta għall-ħtiġijiet ta’ negozji mikro u żgħar, il-gwida tissuġġerixxi proċess mhux komplikat f’ħames stadji għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet. Għalkemm hija maħsuba prinċipalment għas-sidien u għall-maniġers, hija wkoll ta’ interess għall-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll għall-prattikanti fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa.

Din il-gwida tipprovdi spjegazzjonijiet sempliċi u tinkludi għażla ta’ eżerċizzji li jistgħu jintużaw biex joħolqu titjib sinifikanti u dejjiemi, għall-benefiċċju tal-ħaddiema u tan-negozji.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett