Factsheet 75 - Problemi muskuloskeletali relatati max-xogħol: lura lejn ix-xogħol

Keywords:

Id-disturbi muskuloskeletali (MSDs) huma l-iktar problema tas-saħħa relatata mal-post tax-xogħol komuni fl-Ewropa. Biex jingħelbu l-MSDs trid tittieħed azzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-ewwel, hemm passi ta’ prevenzjoni li jridu jittieħdu. Imma għall-ħaddiema li diġà għandhom l-MSDs, l-isfida hija li jżommu l-impjiegi tagħhom, jibqgħu jaħdmu u, jekk ikun neċessarju, jerġgħu jiddaħħlu lura fil-post tax-xogħol. Din il-folja ta’ fatti tenfasizza l-affarijiet importanti li sab ir-rapport ‘Lura għax-Xogħol’ ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa, li jiffoka fuq iż-żamma, l-integrazzjoni mill-ġdid u r-riabilitazzjoni tal-ħaddiema bl-MSDs. Dan jiġi f’żewġ partijiet: ir-reċensjoni tal-letteratura fuq l-effikaċja ta’ l-interventi relatati max-xogħol, u ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi politiċi fl-Ewropa u fuq livell internazzjonali.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv |