You are here

Pubblikazzjonijiet
25/05/2017

Sommarju eżekuttiv: Ir-riskji tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: analiżi konġunta ta᾽ tliet sħarriġiet maġġuri

Sommarju eżekuttiv: Ir-riskji tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: analiżi konġunta ta᾽ tliet sħarriġiet maġġuri

Dan ir-rapport jippreżenta s-sejbiet ewlenin ta᾽ analiżi konġunta tat-tieni Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2) tal-EU-OSHA, il-modulu ad hoc ta᾽ Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol (LFS) 2013 tal-Eurostat dwar inċidenti fuq ix-xogħol u problemi oħra tas-saħħa relatati max-xogħol , u s-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS) tal-Eurofound.

L-għan kien li jkun hemm ħarsa ġenerali komprensiva tal-istat tal-OSH fl-Ewropa billi jinġiebu flimkien, min-naħa, il-perspettivi ta᾽ stabbilimenti dwar il-ġestjoni tar-riskju u s-sensibilizzazzjoni għar-riskju, u min-naħa l-oħra, dawk tal-ħaddiema dwar l-esponiment għar-riskji u r-riżultati tal-OSH.

Downloadin:EN