Sommarju eżekuttiv: Rapport ta’ analiżi tal-prattiki tajbin fuq il-post tax-xogħol u l-ħtiġijiet ta’ appoġġ tal-intrapriżi.
11/07/2016 Tip: Rapporti 8 paġni

Sommarju eżekuttiv: Rapport ta’ analiżi tal-prattiki tajbin fuq il-post tax-xogħol u l-ħtiġijiet ta’ appoġġ tal-intrapriżi.

Keywords:It-tixjiħ u l-OSH, Campaign 2016-2017, OHS tajba hija tajba għan-negozju

Din il-pubblikazzjoni tiġbor fil-qosor rapport li jinvestiga l-prattiki fuq il-post tax-xogħol implimentati minn 36 kumpanija – ta’ diversi daqsijiet u minn setturi differenti – sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ forza tax-xogħol li qed tikber fl-età. Tħares lejn kif impjegati akbar fl-età jinżammu jaħdmu għal żmien itwal jew kif jistgħu jitjiebu s-saħħa u l-benesseri tal-impjegati kollha, irrispettivament mill-età. Il-motivazzjonijiet u l-ixprunaturi wara l-linji ta' politika u l-prattiki huma diskussi, kif inhuma diskussi wkoll il-fatturi ta’ suċċess tal-implimentazzjoni u l-isfidi assoċjati magħha. L-istudji tal-każijiet jenfasizzaw ukoll li kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju qed jaffaċċjaw diffikultajiet partikolari fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-prattiki. Ir-rapport jagħti suġġerimenti tat-tip ta’ appoġġ li kieku jgħin lill-kumpaniji u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjoni futura.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett