You are here

OSHwiki

OSHwiki logo
OSHwiki hija enċiklopedija fuq l-internet kollaborattiva ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH).

Kulħadd jista' jaċċessa OSHwiki, jikkonsulta, isegwi u jaqsam artikli, u awturi akkreditati jistgħu jikkontribwixxu malajr u b'mod faċli għal dan il-korp ta' għarfien li qed jiżviluppa kontinwament. Nisperaw li OSHwiki trawwem ukoll kultura parteċipattiva, billi tipprovdi mod ideali biex il-komunità tal-OSH toħloq netwerk u tifforma kollaborazzjonijiet u sinerġiji.

Min jikkontribwixxi għal OSHwiki u kif?

Awturi akkreditati jistgħu jeditjaw, iżidu ma' jew jittraduċu l-kontenut eżistenti, li jkopri dawn il-kategoriji ewlenin li ġejjin:

Alternattivament, awturi akkreditati jistgħu jżidu kontenut ġdid dwar suġġetti li jinteressawhom personalment.

Ingħaqad mal-komunità OSHwiki

Jekk inti tagħmel parti minn organizzazzjoni professjonali jew xjentifika rikonoxxuta tal-OSH u tixtieq tingħaqad man-netwerk ta' awturi akkreditati, jekk jogħġbok imla din il-formola u ibgħatha fuq info@oshwiki.eu

Kumitat Xjentifiku ta' OSHwiki

Il-kontenut inizjali ta' OSHwiki nħoloq mill- istituti tal-OSH ewlenin madwar l-Ewropa. Ir-rappreżentanti ta' xi wħud minn dawn l-istituti huma l-membri tal-Kumitat Xjentifiku ta' OSHwiki, li jipprovdi l-gwida lill-EU-OSHA dwar kwistjonijiet strateġiċi u jesplora iżjed il-potenzjal għal konnessjoni u parteċipazzjoni soċjali permezz ta' OSHwiki.