You are here

Gwida elettronika dwar l-immaniġġjar tal-istress u r-riskji psikosoċjali

E-guide to managing stress and psychosocial risks
Il-gwida elettronika dwar l-immaniġġjar tal-istress u r-riskji psikosoċjali hija disponibbli f’verżjonijiet nazzjonali. Din tipprovdi informazzjoni dwar l-istress u r-riskji psikosoċjali biex jitrawmu s-sensibilizzazzjoni, il-fehim u l-ġestjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

Il-gwida elettronika hija ddisinjata biex twieġeb għall-bżonnijiet tal-impjegaturi u n-nies li jaħdmu f’intrapriżi żgħar, li jkunu bdew jersqu lejn ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, u li jkollhom bżonn gwida dwar l-ewwel passi, inkluż:

  • spjegazzjonijiet sempliċi tal-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali
  • l-effetti fuq in-negozji u l-ħaddiema
  • eżempji prattiċi ta’ kif jiġu evitati u indirizzati r-riskji psikosoċjali
  • referenzi għal leġiżlazzjoni nazzjonali
  • informazzjoni dwar riżorsi nazzjonali u għodod prattiċi

Aċċess għall-verżjonijiet nazzjonali tal-gwida elettronika

Sib il-verżjoni tal-gwida elettronika li hi rilevanti għalik permezz tal-filter skont il-pajjiż u / jew il-lingwa.

instructies

Istruzzjonijiet

Kif Tniżżel u Tara l-gwida elettronika

Jista' jkun li xi kompjuters ma jkunux jistgħu jiftħu u jaraw il-gwida elettronika minħabba s-setings ta' sigurtà. Jekk din tkun il-problema tiegħek, jekk jogħġbok iċċekkja li għandek is-setings li ġejjin:

Attiva l-kontrolli ActiveX/Iddiżattiva l-filter ta' ActiveX

Attiva l-plug-in Flash

Attiva l-bloker tal-Popup

Il-gwida elettronika taraha l-aħjar permezz ta' Flash Player 10 jew aktar reċenti. Għalkemm normalment taħdem b'verżjonijiet li ħarġu qabel nissuġġerixxu li, biex ikollok l-aħjar dehra, tniżżel FP10 minn http://www.adobe.com/go/getflash

Ara l-gwida elettronika onlajn

Il-gwida elettronika tista' taraha onlajn permezz ta' dawn il-brawżers. "ActiveX Filtering" irid ikun mitfi.

Windows:

Google Chrome (Rakkomandat)

Internet Explorer 6 u aktar reċenti

Firefox 1.x u aktar reċenti

Opera 9.5 u aktar reċenti

Mac:

Safari 3 u aktar reċenti

Firefox 1.x u aktar reċenti

Google Chrome

Linux:

Firefox 1.x u aktar reċenti

Ara l-verżjoni li tniżżlet tal-gwida elettronika (dehra offlajn)

Biex tara l-gwida elettronika l-ewwel trid ittellagħha fuq il-kompjuter tiegħek. Il-fajls li għandek bżonn ikunu kompressati f'fajls ZIP li jridu jinħarġu qabel tkun tista' taraha. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet t'hawn taħt skont x'sistema operattiva prinċipali għandek fuq il-kompjuter tiegħek.

Windows:

Niżżel/ikkopja u oħroġ il-fajls ZIP fuq il-ħardisk lokali tiegħek

Ikklikkja fuq Story.exe mill-fajls maħruġa

Mac:

Safari 3 u aktar reċenti

Niżżel u oħroġ il-fajls ZIP fuq il-ħardisk lokali tiegħek

Ikklikkja Story.html mill-fajls maħruġa

Linux:

Firefox 1.x u aktar reċenti

Niżżel u oħroġ il-fajls ZIP fuq il-ħardisk lokali tiegħek

Ikklikkja Story.html mill-fajls maħruġa

Nota: F'numru żgħir ta' każijiet, skont x'sistema ta' kompjuter għandek u s-setings ta' sigurtà, il-ħajperlinks għal fajls PDF interni jistgħu ma jaħdmux sew fil-gwida elettronika. Jekk jiġri hekk, il-fajls jistgħu jinstabu xorta waħda billi tfittex fil-fowlder tal-fajls imniżżla biex issib is-subfowlder story_content\external_files fejn hemm il-fajls PDF kollha.