You are here

Standards Ewropej

“Standard armonizzat” huwa standard li jiġi adottat minn xi waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni – il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) – wara li ssir talba mill-Kummissjoni Ewropea.

L-hekk imsejjaħ “Approċċ Ġdid” jirrappreżenta mod innovattiv ta’ armonizzazzjoni teknika billi jaqsam ir-responsabbiltajiet bejn il-leġiżlatur Ewropew u l-korpi Ewropej tal-istandards.

L-“Approċċ Ġdid” huwa bbażat fuq dawn il-prinċipji fundamentali li ġejjin:

  • Id-direttivi Ewropej jiddefinixxu r-“rekwiżiti essenzjali” biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa, sigurtà, protezzjoni tal-konsumaturi, jew il-protezzjoni tal-ambjent. Dawn id-direttivi taħt l-approċċ il-ġdid huma bbażati fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-ex Artikolu 95 TUE) li jippermetti l-adozzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-moviment liberu tal-merkanzija.
  • Il-kompitu tat-tfassil tal-istandards armonizzati korrispondenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tal-prodotti stabbiliti mid-direttivi huwa fdat f’idejn l-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (CEN, CENELEC u ETSI).
  • Il-prodotti li jikkonformaw mal-istandards armonizzati huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti (preżunzjoni ta’ konformità, markar CE) u l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti.
  • L-użu ta’' dawn l-istandards jibqa’ volontarju. Standards alternattivi huma possibbli imma l-manifatturi mbagħad ikollhom l-obbligu li jagħtu prova li l-prodotti tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali.

Informazzjoni fil-fond dwar id-direttivi adottati taħt l-Approċċ Ġdid tinsab fit-taqsima dwar id-direttivi jew fuq il-paġni tal-web tal-Kummissjoni Ewropea li ġejjin:

 

Links għall-korpi Ewropej u internazzjonali għall-istandardizzazzjoni 

Korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni

Membri tas-CEN
Pajjiż Istituzzjoni / membru tas-CEN
L-Awstrija Österreichisches Normungsinstitut (ON)
Il-Belġju Bureau de Normalisation/Bureau voor Normalisatie (NBN)
Il-Bulgarija Българският институт за стандартизация (BDS)
Ċipru Κυπριακοσ Οργανισμοσ Τυποποιησησ (CYS)
Ir-Repubblika Ċeka Úřad pro technickou normalizaci, metrologii a státní zkušebnictví (ÚNMZ)
Id-Danimarka Dansk Standard (DS)
L-Estonja Eesti Standardikeskus (EVS)
Il-Finlandja Suomen Standardisoimisliitto r.y. (SFS)
Franza Association Française de Normalisation (AFNOR)
Il-Ġermanja Deutsches Institut für Normung e.V. (DIN)
Il-Greċja Ελληνικός Οργανισμός Τυποποίησης (ELOT)
L-Ungerija Magyar Szabványügyi Testület (MSZT)
L-Iżlanda Islenskir Stadlar (IST)
L-Irlanda National Standards Authority of Ireland (NSAI)
L-Italja Ente Nazionale Italiano di Unificazione (UNI)
Il-Latvja Latvijas Standarts (LVS)
Il-Litwanja Lietuvos Standartizacijos Departamentas (LST)
Il-Lussemburgu Institut Luxembourgeois de la normalisation, de l'accreditation, de la sécurité et qualité des produits et services (ILNAS)
Malta L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)
In-Netherlands Nederlands Normalisatie-instituut (NEN)
In-Norveġja Norsk Standard (SN)
Il-Polonja Polski Komitet Normalizacyjny (PKN)
Il-Portugall Instituto Português da Qualidade (IPQ)
Ir-Rumanija Asociaţia de Standardizare Din România (ASRO)
Is-Slovakkja Slovenský ústav technickej normalizácie (SUTN)
Is-Slovenja Slovenian Institute for Standardization (SIST)
Spanja Asociación Española de Normalización y Certificación (AENOR)
L-Iżvezja Swedish Standards Institute (SIS)
L-Iżvizzera Schweizerische Normen-Vereinigung (SNV)
Ir-Renju Unit British Standards Institution (BSI)

Membri tas-CENELEC  

Pajjiż Istituzzjoni / membru tas-CENELEC
L-Awstrija Österreichischer Verband für Elektrotechnik
Il-Belġju Comité Electrotechnique Belge / Belgisch Elektrotechnisch Comité
Il-Bulgarija Българският институт за стандартизация (BDS)
Ċipru Κυπριακοσ Οργανισμοσ Τυποποιησησ (CYS)
Ir-Repubblika Ċeka Úřad pro technickou normalizaci, metrologii a státní zkušebnictví (ÚNMZ)
Id-Danimarka Dansk Standard (DS)
L-Estonja Eesti Standardikeskus (EVS)
Il-Finlandja Sähkö- ja Elektroniikka-alan Kansallinen Standardointijärjestö (SESKO)
Franza Union Technique de l'Electricité
Il-Ġermanja Deutsche Kommission Elektrotechnik Elektronik
Il-Greċja Ελληνικός Οργανισμός Τυποποίησης (ELOT)
L-Ungerija Magyar Szabványügyi Testület (MSZT)
L-Iżlanda Staðlaráð Íslands
L-Irlanda Electro-Technical Council of Ireland Limited
L-Italja Comitato Elettrotecnico Italiano
Il-Latvja Latvijas Standarts (LVS)
Il-Litwanja Lietuvos Standartizacijos Departamentas (LST)
Il-Lussemburgu Institut Luxembourgeois de la normalisation, de l'accreditation, de la sécurité et qualité des produits et services (ILNAS)
Malta L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)
In-Netherlands Nederlands Normalisatie-instituut (NEN)
In-Norveġja Norsk Elektroteknisk Komite
Il-Polonja Polski Komitet Normalizacyjny (PKN)
Il-Portugall Instituto Português da Qualidade (IPQ)
Ir-Rumanija Asociaţia de Standardizare Din România (ASRO)
Is-Slovakkja Slovenský ústav technickej normalizácie (SUTN)
Is-Slovenja Slovenian Institute for Standardization (SIST)
Spanja Asociación Española de Normalización y Certificación (AENOR)
L-Iżvezja SEK Svensk Elstandard
L-Iżvizzera Electrosuisse
Ir-Renju Unit British Electrotechnical Committee / British Standards Institution