You are here

Strateġiji tal-OSH

Il-konsolidazzjoni u l-koordinazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali huwa l-ewwel minn seba’ objettivi strateġiċi ewlenin li jinsabu fil-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol 2014 – 2020. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea stiednet lill-Istati Membri biex jirrieżaminaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom b’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti inkluż is-sħab soċjali.

Bl-għajnuna ta’ “punti ta’ kuntatt għal strateġiji nazzjonali”, maħluqa skont il-qafas strateġiku, l-EU OSHA ġabret informazzjoni u kkompilat rapport dwar l-istrateġiji nazzjonali. Attwalment dan ir-rapport jinkludi l-istrateġiji nazzjonali tal-OSH ta’ 22 Stat Membru: l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. L-istrateġiji nazzjonali tal-OSH il-ġodda ser jiġu inklużi f’dan ir-rapport fuq bażi dejjem għaddejja.