Stħarriġ fost il-Ħaddiema dwar l-Esponiment għall-Fatturi ta’ Riskju tal-Kanċer
20/05/2020 Tip: Ħarsa ġenerali lejn il-proġett 2 paġni

Stħarriġ fost il-Ħaddiema dwar l-Esponiment għall-Fatturi ta’ Riskju tal-Kanċer

Keywords:Carcinogens, Work-related cancer

Din il-ħarsa ġenerali lejn il-proġett tintroduċi stħarriġ ġdid u innovattiv dwar l-esponiment tal-ħaddiema għall-fatturi ta’ riskju tal-kanċer fl-Ewropa. Hemm nuqqas ta’ data affidabbli u komparabbli fil-livell tal-UE dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-fatturi ta’ riskju tal-kanċer, u l-istħarriġ il-ġdid ser ikollu l-għan li jelimina dan in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar waħda mill-akbar problemi tas-saħħa relatati max-xogħol fl-Ewropa.

L-istħarriġ ser isegwi l-mudell tal-Istudju Awstraljan dwar l-Esponimenti fuq il-Post tax-Xogħol, billi juża applikazzjoni bbażata fuq il-web għall-valutazzjoni tal-esponimenti fuq il-post tax-xogħol abbażi tad-dmirijiet tal-ħaddiema. Għall-ewwel dan se jitwettaq f’għażla ġeneralment rappreżentattiva ta’ sitt Stati Membri tal-UE, bl-ewwel sejbiet mistennija fl-2023.

Download in:EN

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett