Mard muskoloskeletali relatat max-xogħol: Fatti u Ċifri — Rapport ta’ sinteżi ta’ 10 rapporti ta’ sinteżi tal-Istati Membri tal-UE

Keywords:

Dan ir-rapport ta’ sinteżi huwa parti minn proġett ħafna akbar, “Ħarsa ġenerali lejn il-fatti u ċ-ċifri tal-MSDs: il-prevalenza, l-ispejjeż u d-demografija tal-MSDs fl-Ewropa”, maħsub biex jappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika fil-livelli tal-UE u nazzjonali billi jipprovdi stampa preċiża tal-prevalenza u tal-ispejjeż tal-MSDs madwar l-Ewropa, billi jiġbor flimkien data eżistenti minn għadd ta’ sorsi statistiċi uffiċjali rilevanti u affidabbli. Dan ir-rapport huwa maħsub biex jikkumplimenta rapport ta’ ħarsa ġenerali ppubblikat bl-istess titlu u li jkopri l-UE kollha kemm hi, Mard muskoloskeletali relatat max-xogħol: il-prevalenza, l-ispejjeż u d-demografija fl-UE – rapport Finali.

L-EU-OSHA, konxja mil-limitazzjonijiet tas-sorsi tad-data tal-UE relatati mal-MSDs, iddeċidiet li tikkumplimenta u ssostni s-sejbiet fil-livell tal-UE b’data u analiżijiet nazzjonali. Dan ir-rapport ta’ sinteżi għandu l-għan li jiġbor xi ftit minn din id-data u informazzjoni ppubblikata f’10 rapporti nazzjonali dwar is-suġġett (id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja).

Niżżel in: en