Il-benesseri fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-vawċers għas-servizzi fil-Belġju

Keywords:

Fl-2019, is-settur tas-servizzi personali u tal-unitajiet domestiċi (PHS) ammonta għal 9.5 miljun impjieg fl-UE27, inklużi 6.3 miljun impjieg iddikjarat u 3.1 miljun impjieg mhux iddikjarat. L-iżviluppi makroekonomiċi attwali, bħaż-żieda fir-rata tal-attività professjonali tan-nisa u t-tixjiħ tal-popolazzjoni b’mod partikolari, qed jagħmlu d-domanda għal PHS saħansitra ogħla fl-Ewropa.

Kif muri f’dan id-dokument li jiffoka fuq is-settur fil-Belġju, diversi karatteristiċi speċifiċi għall-professjoni PHS jostakolaw il-benesseri tal-ħaddiema PHS fuq il-post tax-xogħol. B’mod partikolari t-tagħbija tax-xogħol fiżiku, pawżi limitati bejn klijent u ieħor, il-fatt li l-persuna taħdem waħdiha, nuqqas ta’ rikonoxximent soċjali u l-prodotti u l-materjali użati.

Għaldaqstant huwa kruċjali li s-settur jimplimenta serje sħiħa ta’ azzjonijiet għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema tiegħu. Id-dokument jinkludi rakkomandazzjonijiet prattiċi. 

Niżżel in: en | fr |