Tibdil fil-kompiti għal podjatra bi problemi f’għonqha
27/07/2020 Tip: Studji tal-Każijiet 3 paġni

Tibdil fil-kompiti għal podjatra bi problemi f’għonqha

Keywords:It-tixjiħ u l-OSH, Campaign 2020-2022, Problemi muskuloskeletali

Podjatra ta' ftit aktar minn 40 sena ilha taħdem għal tmien snin bi problemi f’għonqha. Minħabba n-natura tax-xogħol tagħha, il-kundizzjoni tagħha marret għall-agħar minħabba li jkollha toqgħod f’pożizzjonijiet skomdi u ċċaqlaq il-pazjenti. Dan l-istudju ta’ każ jenfasizza t-tibdil li sar u li sejjer isir għall-kompiti ewlenin tagħha biex tkun tista’ taħdem komda.

Konversazzjonijiet miftuħa mal-kollegi u mal-maniġer dirett tagħha dwar id-dijanjożi tagħha wasslu għal pariri dwar kif taħdem b’mod sigur, għajnuna biex timmanuvra siġġijiet tar-roti u ssir valutazzjoni tal-apparat ta’ wiri fuq skrin. L-appoġġ kontinwu u t-tibdil ippjanat fuq il-post tax-xogħol se jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-organizzazzjoni.

Download in:EN

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett