L-Iżvezja: L-ambjent tax-xogħol tan-nisa u l-prevenzjoni tal-MSDs

Keywords:

Dan l-istudju tal-każ jirrapporta dwar inizjattiva fl-Iżvezja għas-sensibilizzazzjoni u t-titjib tas-saħħa okkupazzjonali tan-nisa b’mod ġenerali u biex jitnaqqsu r-riskji tagħhom li jiżviluppaw disturbi muskoloskeletali (MSDs) b’mod partikolari. Skont l-inizjattiva, spetturi tax-xogħol ingħataw taħriġ fl-integrazzjoni tal-ġeneru fil-prattika tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Imbagħad wettqu spezzjonijiet li fil-mira tagħhom kellhom il-postijiet tax-xogħol u s-setturi bi predominanza tan-nisa u bdew diskussjonijiet mal-impjegaturi fejn instab li l-miżuri għall-prevenzjoni tar-riskji ma kinux adegwati. L-inizjattiva kienet ta’ suċċess għas-sensibilizzazzjoni u l-għajnuna biex jinbidel il-ħsieb, iżda hija meħtieġa bidla fil-livell politiku biex jiġi integrat il-ġeneru fit-tfassil tal-politika. 

Niżżel in: en