L-Iżvezja: Protezzjoni tal-ħaddiema min-nanotubi tal-karbonju potenzjalment perikolużi fis-settur tal-manifattura
02/11/2019 Tip: Studji tal-Każijiet 3 paġni

L-Iżvezja: Protezzjoni tal-ħaddiema min-nanotubi tal-karbonju potenzjalment perikolużi fis-settur tal-manifattura

Keywords:Kampanja 2018-2019, Sustanzi Perikolużi, Carcinogens
Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019
Organizzazzjoni ppremjata 

In-Nanomaterjali qed isiru dejjem aktar komuni fil-postijiet tax-xogħol, billi l-kumpaniji qed jisfruttaw dejjem aktar il-proprjetajiet ta’ benefiċċju tagħhom. Il-mod li bih l-esponiment għal dawn is-sustanzi jaffettwa s-saħħa tal-ħaddiema mhuwiex ċar.

Il-kumpanija tal-manifattura Żvediża Atlas Copco Industrial Technique ħadet approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tal-esponiment tal-ħaddiema għan-nanotubi tal-karbonju, iġġenerat mill-proċessi tax-xogħol fil-laboratorju tal-ittestjar tagħha, billi installat kappa tad-dħaħen u faċilitajiet ta’ estrazzjoni biex tiżgura li l-ħaddiema ma jiġbdux trab potenzjalment perikoluż man-nifs.

Partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha - maniġers, rappreżentanti tas-sigurtà u inġiniera tal-ittestjar - kienu involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri preventivi, u l-kumpanija b'mod attiv tqajjem sensibilizzazzjoni dwar din il-prattika tajba fost il-klijenti tagħha u kumpaniji oħra.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett