Sommarju - Prijoritajiet għar-riċerka dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fl-Ewropa għas-snin 2013–2020
21/03/2014 Tip: Rapporti 24 paġni

Sommarju - Prijoritajiet għar-riċerka dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fl-Ewropa għas-snin 2013–2020

Keywords:Emerging risks

Fl-2012, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) ħejjiet rapport sabiex tiddefinixxi l-prijoritajiet għar-riċerka dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) għall-2013–2020. L-għan kien li jiġi pprovdut kontribut fit-tħejjija ta’ strateġija possibbli dwar l-OSH tal-Unjoni Ewropea (UE) u fil-Programm Qafas għar-Riċerka Orizzont 2020 tal-UE, kif ukoll għall-promozzjoni tal-koordinazzjoni tar-riċerka dwar l-OSH u l-finanzjament fl-UE. Ir-rapport huwa aġġornament tad-dokument ta’ ħidma tal-EU-OSHA ‘Prijoritajiet għar-riċerka dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fl-UE-25’, ippubblikat fl-2005, li jikkunsidra l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku fil-qasam, it-tibdil fid-dinja tax-xogħol u x-xejriet reċenti li għandhom impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett