Spanja Is-sostituzzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, tajbin għas-saħħa u sostenibbli fis-settur tal-kura tax-xagħar
02/11/2019 Tip: Studji tal-Każijiet 3 paġni

Spanja Is-sostituzzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, tajbin għas-saħħa u sostenibbli fis-settur tal-kura tax-xagħar

Keywords:Kampanja 2018-2019, Sustanzi Perikolużi
Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019
Organizzazzjoni ppremjata 

Il-ħaddiema fis-settur tal-kura tax-xagħar u tas-sbuħija ħafna drabi huma esposti għal sustanzi perikolużi pereżempju minn żebgħat tax-xagħar, bliċ u xampù.

Peluquería Elvira, negozju żgħir tal-kura tax-xagħar fi Spanja, issostitwixxa l-prodotti li fihom sustanzi kimiċi ta’ ħsara bi prodotti bbażati fuq il-pjanti u introduċa post ta' taħlit separat għal taħlitiet perikolużi, u ventilazzjoni aħjar, kif ukoll skema ta’ taħriġ, li twassal għal tnaqqis qawwi fl-irritazzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tal-griżmejn, tal-għeja u tal-uġigħ ta’ ras fost il-ħaddiema. Dawn il-miżuri huma parti minn approċċ olistiku li jinkludi wkoll l-ergonomija u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol.

Il-maniġment huwa impenjat bis-sħiħ biex itejjeb l-ambjent tax-xogħol fis-salon bil-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, u jikkondividi l-prattika tajba tiegħu ma’ negozji oħra.

Download in:EN | ES

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett